Tiếng Pháp request for "Kewkba"
Help translate from Maltese to Tiếng Pháp song Kewkba by Janice Mangion
Requested by:
Ktrazef
on 22 Th7 2017 - 21:07
Lời bài hát gốc
Maltese
Bản dịch
Tiếng Pháp
Kewkba
F’lejl jiddi taħt firxiet ta‘ smewwiet blu
Ilmaħtek riesaq qrib biex lili ssib
Ħarist fil-fond t’għajnejk u jien tbissimt
Sakemm intlift fiċ-ċpar u erġajt fhimt
Jien hawn ‘il fuq inħares lejk
Nixtieq li nkun għal dejjem ħdejk
Int kewkba f’sema skur
Tinsab kull fejn indur
Twassalni fejn nixtieq
Mill-idlam mogħdijiet
Int kewkba tħuf fis-skiet
Fost l-isbaħ mill-kewkbiet
Il-lejl timlieh bl-ilwien
Iddawwal kullimkien
Ħassejt idejk imellsu dal-ħaddejn
In-nifs tqil tagħna t-tnejn li għeb fix-xejn
U issa r-riħ ixxotta d-dmugħ li bkejt
U ħadek ‘l hemm fil-bogħod minn fejn kont ġejt
Jien hawn ‘il fuq inħares lejk
Nixtieq li nkun għal dejjem ħdejk
Int kewkba f’sema skur
Tinsab kull fejn indur
Twassalni fejn nixtieq
Mill-idlam mogħdijiet
Bik f’ħajti erġajt sibt
It-tama li kont tlift
Kont spalla x’ħin waqajt
Mill-qiegħ lili erfajt
Bħal dgħajsa f’oċean
Urejtni d-dawl fid-dlam
Nimirħu l-univers
Nintilfu ġol-immens
Int kewkba f’sema skur
Tinsab kull fejn indur
Twassalni fejn nixtieq
Mill-idlam mogħdijiet
Int kewkba tħuf fis-skiet
Fost l-isbaħ mill-kewkbiet
Il-lejl timlieh bl-ilwien
Iddawwal kullimkien
submitted on 18 Th1 2017 - 11:35
Bình luận của người xuất bản:
Malta Eurovision NF Participant












